Il-pożizzjoni tagħna kienet tkun eżattament l-istess kieku kien hemm xi partit politiku Ewropew ieħor involut. Il-prinċipji demokratiċi ma jinbidlux skont min ikun taħt skrutinju.
Il-proposta targumenta li l-Partit jista' ma jikkonformax mal-valuri tal-Unjoni Ewropea. Aħna nirrifjutaw b'mod fundamentali dan l-approċċ. Il-valuri tal-Unjoni Ewropea jinkludu d-demokrazija, il-pluralizmu politiku u l-libertà ta' espressjoni. Ir-rappreżentanti eletti jridu jibqgħu ħielsa jitkellmu b'mod miftuħ dwar it-tħassib tan-nies li jirrappreżentaw, mingħajr theddida ta' proċeduri amministrattivi jew sanzjonijiet finanzjarji sempliċement għax l-opinjonijiet tagħhom jikkontestaw il-kunċensu politiku.
Il-Parlament Ewropew b'kburija jiddeskrivi lilu nnifsu bħala d-dar tad-“Demokrazija fl-Azzjoni”. Demokrazija fl-azzjoni tfisser li wieħed jikkonfronta l-ideat permezz ta' dibattitu liberu u elezzjonijiet, u ma jħallix lill-awtoritajiet pubbliċi jiddeċiedu liema opinjonijiet politiċi huma aċċettabbli.
Id-differenzi politiċi jappartjenu fil-kaxxa tal-vot, mhux fil-proċeduri amministrattivi.
Illum, din il-votazzjoni tikkonċerna partit politiku wieħed. Għada, tista' tikkonċerna ieħor. Għalhekk il-pożizzjoni tagħna mhix dwar partit wieħed. Hija dwar id-difiża tal-prinċipji demokratiċi, min ikun involut.